“Qed Nivvjaġġa Lejn Londra Għall-Missjoni Oħra Biex Intejjeb Il-Muskoli u L-Koordinazzjoni Tiegħi” – Kate Tispjega L-Pass Li Jmiss

 

Kate bħalissa qiegħda tivvjaġġa pajjiżi l’bogħod minn xtutna biex tagħmel terapija li għandha tgħinha tikkomunika u tiċċaqlaq aħjar. Spiss il-ġenituri jiktbu fuq il-paġna tagħha biex jispjegawlna l-pass li jmiss.

Illum ġie miktub, “Qed nivvjaġġa lejn Londra għall-misjsoni oħra biex intejjeb il-muskoli u l-koordinazzjoni tiegħi. Programm speċjalizzat se jkun iddisinjat speċifikament għall-bżonnijiet tiegħi, ma’ terapisti professjonali jgħinuni biex insir iżjed b’saħħti. Wara Londra se nkun qed inqatta’ ġimgħa oħra Brussels biex nagħmel trattament li jistimula l-moħħ. Dan huwa kontinwazzjoni ta’ dawn l-aħħar sitt ġimgħat fejn programm ta’ ħoss ippersonalizzat qiegħed jgħini nistimula l-moħħ għal riżultati aħjar. Se nibqa’ naġġornakom bil-progress tiegħi. Jekk jogħġobkom żommuni fit-talb tagħkom ħalli Alla jiggwidani f’dan il-vjaġġ.”

Kuraġġ Kate! Inżommuk fit-talb tagħna żgur!





Facebook / Kate: Writing My Story



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI