Omm b’għeruq Maltin u żewġha li t-tnejn jgħixu l-Italja spiċċaw tilfu l-kustodja ta’ wliedhom għaliex għażlu li jrabbuhom qalb in-natura u fost oħrajn ma bdewx jibagħtuhom l-iskola iżda minflok bdew jagħtuhom l-edukazzjoni li kellhom bżonn huma d-dar.
Intqal kif il-familja bdiet issostni lilha nfisha billi tkabbar l-ikel tagħha stess fl-għelieqi u ttella’ l-ilma mill-bjar.
Dan qanqal il-ħsieb tal-pulizija Taljana f’Settembru li għadda meta l-familja kollha kellha tittieħed l-isptar minħabba food poisoning.
Dan il-każ qajjem kontroversja sħiħa hekk kif ħafna qed isostnu li l-ġenituri kellhom jitħallew fil-libertà li jrabbu lil uliedhom kif jixtiequ.
Infetħet ukoll petizjoni li qed tiġbor il-firem għall-kawża tagħhom. Tistgħu tidħlu HAWN sabiex taraw din il-petizzjoni.
Intom x’taħsbu dwar dan?
YouTube / 10 News