Bil-Filmat: Tabiba Maltija B'Rebħa Mill-Aqwa Fid-Debutt Professjonali Tagħha Fil-Kickboxing!

Matul tmiem il-ġimgħa li għadda t-tabiba Maltija Dr. Ritmay Spiteri ta’ 23 sena kisbet suċċess fid-debutt professjonali tagħha fil-Kickboxing. Hi rebħet kontra l-Griega Elona Daka, waqt Kickboxing K1 Rules.

Spiteri titħarreġ mat-tim Basement St Julians, u wara 10 snin ta’ taħriġ għamlet id-debutt professjonali tagħha. Hi għaddiet minn tliet rounds ta’ 3 minuti kull wieħed, waqt l-avveniment li sar nhar is-Sibt li għadda, 24 ta’ Novembru ġewwa MonteKristo.





Spiteri kitbet fuq Facebook fejn tikteb, “Ma nistax nesprimi kemm jien kburija bija nnifsi u bit-tim kollu tiegħi fil-promozzjonijiet tat-TAP tal-bieraħ filgħaxija. Ma kienx faċli, għax kelli avversarju formidabbli, ikbar u itwal minni, imma ħaġa waħda hi żgura, li qatt mhu se nċedi f’xi ġlieda u ser nibqa’ miexja ‘l quddiem…”

Din kienet xewqa li kellha minn dejjem apparti l-professjoni full-time bħala Tabiba, u bdiet titħarreġ darbtejn kuljum u taħdem kuljum biex tasal s’hawn. “Id-Dedikazzjoni Rebħet.”

Tirringrazzja lil dawk kollha li kienu ta’ appoġġ għaliha matul dawn is-snin!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI