Il-preżentatur lokali Karl Bonaci għadu kif ħabbar li għada se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lill-għażiża ommu Doris wara li lbieraħ ħarġet l-aħbar li sfortunatament ħalliet din id-dinja.
“Il-funeral ta’ ommi se jkun qed isir għada fil-Knisja ta’ Ġieżu, l-Belt Valletta, fis-14:00,” spjega Karl.
F’messaġġ li kiteb ilbieraħ il-preżentatur fuq il-midja soċjali hu faħħar il-personalità twajba u mimlija mħabba li kellha ommu filwaqt li semma kif tat ħajjitha “għall-familja li tant kienet tħobb”.
Tistrieħ fis-sliem!
Facebook / F Living