"Daż-Żagħżugħ Ta' 18-Il Sena Kien F'Koma U Sofra Minn Puplesija… Issa Jinsab F'Siġġu Tar-Roti" – Doninu Malta

L-għaqda Doninu qasmet l-istorja ta’ żagħżugħ ta’ 18-il sena li lura f’Settembru tal-2024 kellu jmur l-Ingilterra sabiex jagħmel operazzjoni fl-ispina ta’ daru. 

B’xorti ħażina waqt li kien qed jagħmel l-operazzjoni fi sptar Ingliż ħa virus li wasslu sabiex jiżviluppa ċerti kumplikazzjonijiet tant li kellu jagħmel operazzjoni oħra fejn sfortunatament sab ruħu f’koma.

Iż-żagħżagħ għandu wkoll ambizzjoni li jkompli l-istudji tiegħu fl-università iżda sfortunatament ma jistax.

“Issa ż-żagħżugħ jinsab fuq siġġu tar-roti, parzjalment paralizzat, ma jistax jitkellem, bil-funzjoni tal-pulmun kompromessa u għandu bżonn 24 siegħa sapport ta’ ossiġnu,” spjegat l-għaqda Doninu.

Issa l-għaqda qed titlob għall-għajnuna tal-pubbliku hekk kif iż-żagħżugħ jeħtieġ tagħmir mediku sabiex inaqqas ftit mit-tbatija fiżika tiegħu u jitnaqqas ukoll il-piż finanzjarju mill-familja tiegħu.





Kuraġġ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI