Shasha tfakkar lill-għażiża ommha, li bħal llum kienet tiċċelebra għeluq sninha. Fuq il-mezzi soċjali tagħha hi tikteb, “Kieku llum għalaqt żmienek, Ma. Nimmissjak wisq… Inti kont il-fan numru wieħed tiegħi. X’ħalq kellek, bija… Inħobbok, Ma, wisq.”
Kliem li jolqot il-qalb u li juri r-rabta profonda li kienet teżisti bejnha u ommha, rabta li, minkejja li llum tgħaddi minn ġranet diffiċli ta’ telfa u niket, tibqa’ sors ta’ saħħa, ispirazzjoni u mħabba bla kundizzjoni.
Shasha għażlet li ma taħbix l-emozzjoni, iżda titkellem b’mod awtentiku u sinċier. Għal ħafna, dan kien mument ta’ empatija u ta’ tifkira għal dawk li tilfu persuna għażiża minn ħajjithom.
L-imħabba lejn l-għażiża ommha tibqa’ hemm minkejja li hi m’għadhiex m’għandna. Kompli strieħ fis-sliem għażiża!