Meta Joe Ellul-Turner, żviluppatur tas-software, ġie lura Malta wara li ħadem barra, induna li l-gżira kellha problema serja. Kien qed ifittex appartament biex jikri, iżda sab biss sit antik b’listings mingħajr data bażika – kultant mingħajr indirizz jew ritratt. Għal min ikun qed ifittex minn barra, dan kien kważi impossibbli. “Kienet problema li kellha tiġi solvuta… allura bdejt naħdem minn hemm,” jgħid Ellul-Turner.
Minn soluzzjoni għal problema personali, Darscover saret waħda mill-aktar pjattaformi avvanzati tal-proprjetà f’Malta. Illum ssib portafoll varjat ta’ kiri għal żmien qasir u żmien twil, u tgħaqqad it-teknoloġija moderna ma’ għarfien lokali. Wieħed jista’ jżur is-sit billi jidħol hawn: https://darscover.com/mt/for_sale/gozo.
Sa mill-2024, il-Fundatur u CEO uża l-isfond tiegħu fis-software biex jibni sistema mmexxija bid-data li tissimplifika kif in-nies isibu, jibbukkjaw u jimmaniġġjaw il-kiri. Il-pjattaforma issa hija disponibbli f’14-il lingwa, tinkludi mappa interattiva u saħansitra għodda ta’ tfittxija bl-AI simili għall-ChatGPT. “Il-klijenti jistgħu jfittxu bil-lingwa nattiva tagħhom, b’mod konversazzjonali – aktar faċli u komdu,” jisħaq.
80% tat-traffiku hu minn fuq il-mobile!
Parti kbira mill-progress ta’ Darscover ġej mill-mod kif is-sistema taħdem minn fuq il-mobiles. Skont Ellul-Turner, 80% tat-traffiku f’siti lokali tal-proprjetà jiġu mill-mobiles, iżda għal snin sħaħ dawn kienu mfassla biex jiġu aċċessati minn fuq id-desktop. Darscover mibnija biex tintuża minn fuq mobile u r-riżultati bdew deħlin.
Illum tista’ tiffiltra t-tfittxija bejn pet-friendly, kif inhuma maqsuma l-kmamar, u anke aċċess għal persuni b’diżabilità. Kollox minn fuq il-mobile.
Għawdex: il-pass naturali li kien ilu ppjanat
Minkejja s-suċċess f’Malta, Ellul-Turner qatt ma ried jieqaf hemm. Minkejja l-aċċent Ingliż ċar tiegħu, ifakkar li għandu passaport Malti u li l-għeruq tal-familja tiegħu dejjem rabtuh ma’ Għawdex. Għalhekk, jitkellem dwar l-espansjoni lejn il-gżira mimlija ħdura bħala “xi ħaġa li dejjem kienet fuq il-karti”.
Teknikament, jgħid li kien pass bla xkiel, għax il-pedament li bena kien mibni biex jiskala. Imma jinduna li Għawdex għandu l-karatteristiċi tiegħu:
- F’Għawdex in-nies huma aktar interessati biex jixtru milli jikru.
- F’Malta hemm taħlita ferm akbar.
L-element internazzjonali, però, jibqa’ l-istess: ix-xerrejja barranin li qed ifittxu ftit paċi fost il-gżira tat-tliet għoljiet u l-bajjiet xemxin.
Meta beda jiżviluppa Darscover fl-2024, Ellul-Turner ra mudell li kien ilu jeżisti fil-bosta aġenziji lokali, “Minħabba n-nuqqas ta’ esklussività, l-aġenziji riedu jbiegħu kull listing li jsibu, iżda fl-istess ħin jipprevjenu oħrajn milli jaċċessawhom.”
Dan ġab nuqqas ta’ trasparenza u standards baxxi: ftit ritratti, deskrizzjonijiet qosra mingħajr ebda filters. “Ridna ntejjbu dawn l-istandards – u bl-algoritmu tagħna għamilna dan,” jgħid b’ċerta sodisfazzjon. Issa, b’aktar aġenziji Għawdxin li qed jingħaqdu, irid jerġa’ jmexxi l-momentum fil-gżira u jsir il-mexxej anke hemmhekk.
Darscover bħala katalist għall-bidla – iżda b’rispett għas-suq lokali
Ellul-Turner jara lil Darscover mhux biss bħala pjattaforma, iżda bħala mutur ta’ bidla fis-settur tal-proprjetà f’Malta u f’Għawdex. Fl-istess ħin, huwa konxju ħafna mill-istorja twila tas-suq lokali u l-atturi influwenti tiegħu. Hu jisħaq li jixtieq li jkunu fuq quddiem, imma ma jrid li jdejjaq lil ħadd f’dan il-proċess.
Xi jmiss? Esperjenza aħjar għall-kull min juża s-sistema!
Hu jemmen li issa għandu s-soluzzjoni għall-problemi li kellu s-suq tal-kiri: issa jeħtieġ biss irfinezza. “L-għan tagħna hu li noħolqu l-aħjar esperjenza possibbli – għall-persuni li qed ifittxu postijiet, għall-klijenti u għall-aġenziji,” jgħid.
U b’din il-viżjoni, Ellul-Turner jittama li Darscover jsir is-sors numru wieħed tat-traffiku għal min jixtri jew jikri f’Malta u f’Għawdex fi żmien tlieta sa ħames snin.
Għal Darscover, Għawdex mhuwiex biss espansjoni ġdida – hu pass naturali f’vjaġġ li dejjem kien imsejjes fuq it-titjib tal-istandard: li jissimplifika, jimmodernizza il-mod ta’ kif wieħed iffittex id-djar.