Andrew Farrugia – Jinsab L-Italja Jaħdem Biex Tinħoloq L-Akbar Ferrovija Taċ-Ċikkulata Fid-Dinja Għal Guinness World Record

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Mellieħa Local Council qasmu mas-segwaċi ftit informazzjoni dwar resident mill-Mellieħa, Andrew Farrugia, li jinsab l-Italja jaħdem bla waqfien fuq proġett relatat ma’ Guiness World Record.

Huma qalu, “Il-Kunsill Lokali Mellieħa jifraħ u jawgura l-aqwa suċċessi lir-resident tagħna Andrew Farrugia, li bħalissa jinsab f’Brescia, l-Italja, jaħdem bla waqfien biex jinħoloq l-akbar ferrovija taċ-ċikkulata fid-dinja għall-Guinness World Record.”

Żiedu, “Letturi u studenti mill-Istitutt għall-Istudji tat-Turiżmu (ITS), immexxija minn Andrew Farrugia, rebbieħ kurrenti ta’ Guinness World Record, qed jikkollaboraw ma’ grupp Taljani f’inizjattiva biex jinħoloq l-itwal ferrovija taċ-ċikkulata fid-dinja biċċa xogħol ta’ 52 metru. Din l-inizjattiva qed issir bl-appoġġ ta’ MTA. Kburin bikom u nawguraw l-ikbar suċċess f’dan il-proġett uniku”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI