L-awtriċi u preżentatriċi lokali Fleur Balzan, xi jiem ilu ħabbret il-mewt tal-għażiż missierha fuq il-mezzi soċjali.
Kienu jiem diffiċli, iżda Fleur grata lejn l-appoġġ li hi u l-familjari tagħha rċevew. Hi tirringrazzja lil dawk kollha li attendew għall-aħħar tislima, kif ukoll dawk li kkomunikaw magħhom biex juru s-simpatija.
“Il-kliem sbieħ u l-appoġġ tagħkom huma apprezzati ħafna! Missieri kien raġel eċċezzjonali u qed niskopru aktar kemm kien maħbub u ammirat permezz ta’ stejjer li nkomplu nisimgħu mingħand dawk li kienu jafuh!”
Minn qalbna nagħmlu kuraġġ lil Fleur u l-familjari kollha. Insellmu l-memorja ta’ missierha mill-ġdid.
Facebook / Fleur Balzan