Fuq il-paġna uffiċjali Dar L-Annunzjata qasmu ritratti meħudin aktar kmieni hekk kif għax-xahar ta’ Diċembru, ix-xahar tal-Milied, jagħtu lir-residenti divertiment.
“Aħna f’Dar L-Annunzjata, bdejna xahar mimli attivitajiet u divertiment. Illum il-kantant residenti tagħna Paul Tanti, li bit-talent tiegħu ferraħ lil dawk kollha preżenti, kanta kanzunetti mill-passat flimkien ma’ għanjiet ferrieħa tal-Milied. Grazzi u Prosit!”
Kemm hu sabiħ li tara lir-residenti ferħana u allegrużi!