Ilbieraħ fuq il-mezzi soċjali tiegħu, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg ħabbar, “Illum, il-wirt gastronomiku Malti kiseb rikonoxximent internazzjonali: il-ktieb Game Recipes from Malta tal-FKNK rebaħ il-premju “Best Game Meat Book in the World” fil-Gourmand World Cookbook Awards f’Riyadh.”
Hu jispjega, “Dan l-unur jenfasizza s-saħħa tat-tradizzjonijiet tagħna u l-istorja li ġġorr il-kċina Maltija. Edouard Cointreau, fundatur tal-premjijiet, qal li Malta “sorprendiet lid-dinja” b’dan il-ktieb li jiġbor għerf ġenerazzjonali u l-ħidma ta’ Chefs lokali biex iżomm ħaj l-wirt tagħna.”
Il-Ministru jkompli, “Nirringrazzja lil Lucas Micallef, Lino Farrugia u l-FKNK għal dan is-suċċess li jsaħħaħ il-preżenza ta’ Malta fuq il-mappa kulinarja globali. Prosit lil kulħadd.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom għal dan is-suċċess. Kburin bikom immens.
Facebook / Ian Borg