Il-preżentatriċi tar-radju u personalità lokali Valentina Rossi esprimiet il-ferħ u l-entużjażmu tagħha hekk kif ftit xhur oħra se tkun qed tibda kapitlu ġdid f’ħajjitha bit-twelid tat-tarbija tagħha.
“Ħerqana qed nistenna l-kapitlu l-ġdid li se nkun qed nibda f’ħajti u l-ferħ li dan se jġib miegħu,” stqarret Valentina b’kitba fuq il-midja soċjali.
Valentina u żewġha Carlo Gerada kienu ħabbru li se jkollhom tarbija f’Ottubru li għadda.
Nawguraw lil Valentina u Carlo!
Instagram / Valentina Rossi