Illum Tiċċelebra Għeluq Sninha Claire McCartin – Il-Kantanta U Għalliema Tal-vuċi Professjonali

lIlum tagħlaq sninha l-kantanta lokali u għalliema tal-vuċi professjonali, Claire McCartin.

B’vuċi distintiva li tfakkarna f’artisti ta’ fama mondjali bħal Eva Cassidy u Nina Simone, Claire kompliet dejjem tevolvi bħala artista u tkun parti minn diversi avvenimenti muzikali kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna.

Lil Claire niftakruha meta ħadet sehem fil-Malta Song For Europe lura fl-2010 bil-kanzunetta Ole Satchmo Blues, li biha waslet sal-finali. Hi kellha anke l-irwol ta’ direttriċi ta’ kor li kien jikkonsisti  f’ madwar 80 kantant u kantanta waqt il-kunċert ta’ Rockwired. Ħadet sehem anke ġo festivals lokali prestiġjużi oħrajn bħal Strummin’ u Voices.



Claire ħarrġet diversi kantanti stabbiliti fosthom Nathan Psaila, Martina Cutajar, Chanel Monsiegnier (JESC 2020)  u Jessica Muscat (ESC 2018, MESC 2008 – 2025).



Minn qalbna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil Claire ħafna xewqat sbieħ illum u dejjem.



Ritratti:

Facebook / Claire McCartin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI