Proprju lbieraħ tfakkar għeluq 45 sena minn dik il-lejla traġika li fiha nħasdet il-ħajja tal-kantant John Lennon li matul is-snin il-mużika tiegħu nstemgħet minn biljuni madwar id-dinja.
Fil-fatt John Lennon kien safa vittma ta’ sparatura fil-belt ta’ New York City fl-Amerka proprju ħdejn id-dar li kien jgħix fiha.
Diversi mużiċisti u kantanti lbieraħ fil-belt ta’ New York stess fakkru l-memorja ta’ Lennon billi ħadu l-opportunità li quddiem folla numeruża jkantaw uħud mill-iżjed kanzunetti magħrufin tal-kantant Ingliż.
Fost oħrajn tkantat il-kanzunetta ‘Imagine’ fejn tfakkar il-messaġġ tagħha li huwa wieħed ta’ paċi madwar id-dinja kollha.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Classic Rock Magazine u Facebook / New York City Department of Parks & Recreation