L-atleta tant maħbub Fabio Spiteri se jkun qed jagħmel sfida oħra fil-Brażil. Hu qasam xi dettalji fuq il-Facebook tiegħu.
“20 ġimgħa ‘l bogħod mid-Double Deca tiegħi fil-Brażil 2026! (20 x distanza Ironman),” hu kiteb b’entużjażmu kbir.
“Se tkun l-akbar test ta’ reżistenza tiegħi li tipprova l-limiti bħala atleta Malti u bħala bniedem!” Hu se jkun qed jagħmel:
Għawma ta’ 76km –> tul tad-distanza madwar il-gżira ta’ Għawdex għal darbtejn;
3600km rota –> distanza tat-Tour de France jew 4 darbiet madwar Sqallija
844km ġirja –> kważi ġirja sħiħa madwar Sqallija
15-il persuna madwar id-dinja ffirmaw għal din it-tellieqa. “Forza Malta dejjem!!” hu temm jgħid.
Facebook / Fabio Spiteri