Fuq il-mezzi soċjali tagħha, Valentina Rossi ħabbret li hi u Carlo sar ġenituri. Hi kitbet, “Qed nirċievu ħafna messaġġi jistaqsuna jekk twilditx it-tarbija u jekk hux se nħabbru dan. Onestament, ma tantx ħsibna dwarha, għax kollox kien pjuttost inkreddibbli biex tipproċessa, u l-aħħar ħaġa li kelli f’moħħi kienet li nidħol fuq il-midja soċjali biex nitkellem dwarha jew naħseb kif se nħabbru t-twelid tar-rigal prezzjuż tagħna.”
Hi żżid, “Aħna ferħanin u mbierka li t-tarbija tagħna tinsab magħna u b’saħħitha, twieldet fid-9 ta’ Diċembru fid-9 ta’ filgħodu. Minn dakinhar ’l hawn konna qed nipproċessaw, nitgħallmu u nieħdu kollox bil-mod, kif għandu jagħmel kull ġenitur f’dawn il-mumenti, mingħajr ma nħossuna ħatja li bħalissa ma qed nirrispondu għal kull messaġġ u telefonata.”
Valentina żżid, “Aħna grati ħafna lejn il-qabla tagħna, Chanelle, u lejn l-infermiera kollha li ħadu ħsiebna u mexxewna pass pass tul dan il-vjaġġ. Tħossok verament sigur, appoġġjat u mhux waħdek, u dik hija l-aktar ħaġa importanti. It-tarbija tinsab tajba ħafna u qed tadatta għall-ambjent il-ġdid tagħha magħna. Grazzi tal-imħabba kollha li diġà rċevejna, u napprezzaw ħafna din il-komunità żgħira li bnejna fejn inħossu li hu tajjeb li nkunu aħna u ngħixu kif inħossuna. Inħobbukom kollha.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Valentina u lil Carlo f’din il-mixja l-ġdida bħala ġenituri. Ninsabu ċerti li se jkunu qed jagħmlu dak kollu possibbli biex it-tarbija tagħhom tikber f’ambjent mimlija mħabba, għożża u kuntentizza.
Instagram / Valentina Rossi