Bħal-Lum Tmien Snin Ilu Beda L-Vjaġġ Ta’ Emma Muscat Waqt ‘Amici’

Emma Muscat

Kien il-15 ta’ Diċembru 2017 meta l-kantawtriċi lokali Emma Muscat saret magħrufa sew f’Malta u fl-Italja wara l-parteċipazzjoni tagħha f’Amici ta’ Maria De Filippi.

Amici huwa wieħed mill-aktar spettakli Taljani popolari li jippromwovi t-talent. Emma ħadet sehem fis-17-il staġun ta’ Amici fl-2017/8.



Hija laħqet il-live shows (Serale) u avvanzat sas-semifinali. Matul il-programm, hija spikkat għall-vuċi b’saħħitha tagħha u l-ħiliet tagħha fuq il-pjanu, u ġabret bosta segwaċi minn Malta u mill-Italja.



Minkejja li ma rebħitx, wara l-esperjenza ta’ Amici, it-talent ta’ Emma spikka. Aktar tard hija ffirmat kuntratt ma’ Warner Music Italy u kompliet il-karriera mużikali professjonali tagħha kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

Minn wara dan is-suċċess, Emma ħarġet diversi singles u albums u baqgħet tkanta barra minn xtutna. Saħansitra fl-2022 hi rebħet il-Malta Eurovision bil-kanzunetta Out of Sight, u f’Mejju 2022 irrappreżentatna ġewwa Turin bil-kanzunetta I Am Who I Am.

Amici jibqa’ l-ikbar pass li beda dan il-vjaġġ sabiħ ta’ suċċess għall-kantanta lokali.



Ritratti:

Facebook/ Emma Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI