“Urejna X-Xewqa Li Jerġa’ Jiġi Fostna Jiltaqa’ Mal-Poplu Malti U Għawdxi, Din Id-Darba Bħala Papa” – Il-Prim Ministru Dr Robert Abela

Robert Abela fil-Vatikan

Il-Prim Ministru Dr. Robert Abela qasam filmat fuq il-midja soċjali fejn nistgħu naraw lilu flimkien ma’ martu Lydia Abela jiltaqgħu mal-Papa Ljun XIV. Fost l-oħrajn Dr. Abela u l-qdusija tiegħu jitkellmu dwar l-importanza li jkun hawn il-paċi fid-dinja.

“Laqgħa speċjali mal-Papa Ljun XIV fil-Vatikan… Semmejna wkoll iż-żjarat tiegħu f’pajjiżna fl-imgħoddi u naturalment urejna x-xewqa li jerġa’ jiġi fostna jiltaqa’ mal-poplu Malti u Għawdxi, din id-darba bħala Papa.”

Lydia tinstema’ tgħidlu, “Kulħadd qed jistennik,” hekk kif ċertament tkun okkażjoni speċjali oħra li jżur il-gżejjer Maltin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI