“11-Il Xahar Wara Li Żżewiġt U Xahrejn Wara Li Sirt Missier, Waqgħajt Minn Fuq Siġġu U Spiċċajt Ipparalizzat” – Brandon

Brandon ta’ 38 sena jirrakkonta kif 11-il xahar wara li żżewweġ u proprju xahrejn wara li sar missier, kellu inċident id-dar li wasslu sabiex jispiċċa pparalizzat.

Minħabba f’hekk, Brandon qed ikollu jgħix ħajtu fuq siġġu tar-roti.

“Dan l-aħħar ġiet skoperta terapija li verament tista’ tgħin lil Brandon iżda din it-terapija tiswa madwar €300,000,” spjega t-tim ta’ Popolin li tkellem ma’ Brandon innifsu.

Brandon mistenni jkompli jitkellem dwar l-istorja tiegħu f’iżjed dettall proprju għada waqt Popolin fuq TVM fid-21:15.



Kuraġġ, Brandon!





Ritratti:

Facebook / Popolin

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI