Jagħlaq sninu l-kantant lokali AIDAN, li matul l-aħħar snin kompla jiżdied fil-popolarità u kontinwament nisimgħu aktar mużika oriġinali li tħalli impatt. AIDAN għalaq 26 sena llum.
“Grat għal sena oħra u għall-imħabba kollha li rċevejt matul it-triq. Qed inqatta’ għeluq snini nagħmel dak li nħobb l-aktar… naħdem fuq l-akbar proġetti… Eċitat għal din is-sena u dak kollu li għandha maħżun għalija,” jikteb AIDAN.
Qasam anke ritratt għall-okkażjoni. Bosta kkummentawlu bix-xewqat sbieħ fil-kummenti.
Awguri mill-qalb!
Facebook/ AIDAN