Fuq il-programm Il-KAŻIN saret intervista ma’ Sandro Grech, ir-raġel li qed jissielet biex jingħata kura disponibbli f’Singapore, minħabba marda li ħakmitu.
Sandro jitkellem dwar ħajtu u kif dejjem ħares lejn il-pożittiv u qatt ma ħalla d-dwejjaq jirkbu. Żamm dejjem pożittiv minkejja s-sitwazzjoni diffiċli.
Titkellem anke martu Abigail Borg, li ssemmi kemm uliedhom, Giada u Ginevra, huma kollox għalihom u jagħmlu tant differenza f’ħajjithom.
“Żewġ anġli,” jiddeskrivihom Sandro. Abigail issemmi li t-tfal għandhom missier speċjali, u jixtiequ jirsistu u jiġġieldu kontra l-marda, biex ikomplu jgawdu dal-missier speċjali.
“Ginevra ġiet fi żmien ieħor għax ma ridniex inħallu lil Giada weħidha. Pero wara 4 xhur li twieldet ġie diagnosed Sandro… għalkemm kienet aktar ta’ sfida, hi għenitna li kuljum ikollna xi tip ta’ ferħ… imnalla għandna lilha.”
Abigail tkompli, “Għandhom missier tajjeb ħafna, u aħna b’hekk niġġieldu, biex jibqa’ jkollhom missierhom sakemm jistgħu.”
Segwu l-intervista hawn taħt. Ejjew nibqgħu ngħinuhom billi nagħtu d-donazzjoni tagħna HAWN
“