“Bħal-Lum 14-il Sena, Kelli Biss 18-il Sena, Il-Bambin Tani Rigal Kbir Ghal Milied U Batli Djamant” – L-Attriċi Joelyne Scerri

Joelyn Scerri

Illum huwa jum memorabbli immens għall-attriċi Joelyne Scerri hekk kif kien bħal-lum meta saret omm. Bla dubju dan huwa rwol prezzjuż immens li żgur ħa tibqa’ tiftakar.

“Bħal-lum erbatax-il sena, kelli biss 18-il sena, il-Bambin tani rigal kbir għall-Milied u bagħatli djamant, bagħatli lil binti Shaznoley Mifsud fis-sagħtejn nieqes kwart ta’ filgħodu propju dal-ħin twelidt int… naqra ta’ tarbija ta’ żewġ kilos u nofs.”

Xerrdet anke ritratti ta’ bintha – hi tkompli tikteb, “Il-ferħ li ħassejt kif rajtek f’idejja ma nistax infissru. Insejt l-uġigħ kollu u tbatija li għaddejt minnha. U issa 14-il sena wara sirt tfajla ħelwa, mimlija talenti u intelliġenti… tħobb tgħin u tferraħ lil kulħadd… kbirt u sirt xbejba ħelwa. Ibqa’ bil-għaqal u ferriħija. Il-Bambin iżomm idejh fuqek. Inħobbok u nixtieqlek ġurnata mill-isbaħ. Awguri ġojjel tiegħi. Happy Birthday.”

Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI