“Erba’ Snin Diġà. Għaddejna Minn Tant Affarijiet U Mumenti Flimkien… Inħobbok Ftit Aktar Kuljum” – Joseph Agius

Joseph Agius u martu

Illum il-preżentatur u attur Joseph Agius u martu jiċċelebraw il-jum prezzjuż tal-anniversarju tat-tieġ. Joseph jesprimi kemm ifisser għalih dan il-jum, u kemm hi kbira l-imħabba li għandu lejn martu.

“Erba’ snin diġà. Għaddejna minn tant affarijiet u mumenti flimkien, speċjalment dawn l-aħħar tliet snin minn meta kellna ż-żgħira. Għadni kultant nistaqsi x’għamilt biex ħaqqni mara bħalek.”

Joseph ikompli, “Int dik li timbuttani u tinkoraġġini meta jkolli bżonn, drabi oħra żżommli l-breaks għax nibda ngħaġġel. Int l-organiser personali, l-accountant, it-terapista u ħafna aktar. Għal aktar snin flimkien Shalane. Inħobbok ftit aktar kuljum, sa mill-ewwel darba li ltqajna.”

Awguri mill-qalb!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI