The Malta Records ħabbru rekord ġdid lokali, l-ikbar Grandfather clock, ġewwa residenza privata l-Mosta.
Kitbu, “The Malta Records dalgħodu konna mistiedna f’residenza ġewwa residenza privata sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. Rekord li jippremja s-snajja’ lokali u t-talent tal-poplu Malti.”
Żiedu jgħidu, “L-ikbar Grandfather clock kollu ħġieġ u magħmul bl-istained glass ikejjel wisa’ ta’ 53 ċentimetru, fond ta’ 42 ċentimetru u għoli ta’ 187.5 ċentimetri. Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Charles Micallef fir-residenza li tinsab il-Mosta. Is-Sur Micallef huwa persuna li jħobb ix-xogħol tal-idejn u f’ħajtu għallem bosta studenti, l-aktar fejn għandu x’jaqsam is-sengħa tal-istained glass. Prosit Charles, kompli sejjer hekk!! Grazzi lill-familja Micallef talli lqajtuna ġewwa darkom.”
Nawguraw mill-qalb lis-Sur Micallef!
Facebook / The Malta Records