Sfortunatament, ħarġet l-aħbar li ħalliena Twanny Aquilina. Il-paġna tal-Facebook ta’ Puttinu Cares kitbet messaġġ ta’ dedikazzjoni f’ġieħ il-maħbub Twanny.
“Jiddispjaċina immens għat-telfa ta’ Twanny Aquilina, li mar jinghaqad mat-tifla tieghu Antonella,” huma kitbu. “Antonella kienet waħda mill-ispirazzjonijiet sabiex Puttinu Cares beda jixtri l-appartamenti fl-Ingilterra.”
“Antonella siefret tliet darbiet mal-ġenituri tagħha meta Puttinu kien għadu ma jeżistix u, sfortunatament, ħallietna fl-età ta’ 14-il sena. Waqt il-funeral tiegħu nġabret donazzjoni ta’ €950 b’risq Puttinu Cares. Inzommu lil Doreen, lil binhom Mark, u lill-familja kollha fit-talb tagħna.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-qraba u ħbieb ta’ Twanny.
Facebook / Puttinu Cares