Ħafna qed isellmu l-memorja ta’ Fr Salvino Caruana li ħalla din id-dinja dalgħodu.
Hu se jibqa’ magħruf l-iżjed għall-ħidma tiegħu fil-qasam tat-teoloġija fl-Università ta’ Malta fejn kellu l-opportunità li jikkontribwixxi kemm bħala lettur kif ukoll bħala riċerkatur.
Din is-sena stess Fr Salvino kien qed ifakkar il-50 sena tiegħu fis-saċerdozju hekk kif hu kien ġie ordnat saċerdot fl-1975.
Proprju fi tmiem din il-ġimgħa, l-Ħadd 28 ta’ Diċembru, Fr Salvino kien ukoll se jkun qed jiċċelebra l-età sabiħa ta’ 76 sena iżda sfortunatament ma kellux ikun.
Fost oħrajn sellmu l-memorja tiegħu l-Fakultà tat-Teoloġija fi ħdan l-Università ta’ Malta li fissru kif il-ħidma tiegħu matul is-snin ħalliet “marka dejjiema” fuq il-qasam tat-teoloġija.
“Żgur li Fr Salvino se jibqa’ mfakkar għall-impenn profond tiegħu lejn l-istudju u t-tagħlim,” saħqu fuq il-midja soċjali l-Fakultà tat-Teoloġija.
Jistrieħ fis-sliem!
Facebook / Philosophy at UM u Facebook / Faculty of Theology – University of Malta