Ħalbiet Tax-Xita U Temperatura Baxxa Mistennija F’Lejliet Is-Sena L-Ġdida U Fl-Ewwel Tas-Sena

Skont l-aħħar aġġornament tat-temp maħruġ mis-sit Maltese Islands Weather, lejliet is-sena l-ġdida u l-ewwel ġurnata tas-sena l-ġdida se jkunu ddominati mill-ħalbiet tax-xita u temperatura pjuttost baxxa.

Fil-fatt hu mbassar li f’dawn il-jumejn it-temperatura kultant se tkun qiegħda saħansitra tinħass 9°C.

L-istess tbassir tat-temp jindika wkoll li f’lejliet l-Ewwel tas-Sena r-riħ se jkun qed jitqawwa xi ftit hekk kif mistenni jilħaq il-qawwa ta’ forza 5.







Ritratti:

Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI