Il-paġna ta’ Facebook ta’ X Factor Malta ħabbret id-data tar-ritorn tal-ħames staġun li qed tiġi segwit minn ħafna.
“Il-5 staġun ta’ X Factor Malta jirritorna fil-11 ta’ Jannar,” huma ħabbru. “Jekk forsi ma ndunajtux, aħna ninsabu eċċitati ħafna li nilqgħu lura lill-parteċipanti tal-passat hekk kif jikkompetu għat-titlu aħħari ta’ ‘Back to Win’!”
Ftit jiem ilu wiegħdu wkoll li dan l-istaġun se jkun wieħed speċjali ħafna! Min taħsbu li se jagħmel ‘comeback’?
Facebook / X Factor Malta