F’perjodu fejn ħafna kumpaniji jiffukaw fuq skedi mimlijin u laqgħat kontinwi, is-SOFTSWISS għażlet li tieqaf għal mument u toħloq spazju aktar uman u familjari. Permezz tas-SOFTSWISS Cinema Club, ġew organizzati jumejn speċjali ta’ wirjiet tal-film Zootopia 2 f’żewġ pajjiżi differenti: Malta li saru ġewwa l-Belt Valletta filwaqt li l-oħrajn saru f’São Paulo, il-Brażil.
Dawn l-attivitajiet ma kinux sempliċiment wirjiet ta’ film, iżda maħsuba biex jiġbru flimkien lill-kollegi u t-tfal tagħhom fl-istess spazju. Minflok slajds u aġendi ta’ laqgħat, kien hemm imwejjed għat-tfal, rigali, riċeviment ħafif u atmosfera divertenti.
Il-parteċipanti kellhom l-opportunità jqattgħu ħin ta’ kwalità flimkien, jitkellmu b’mod aktar informali u jaqsmu mument komuni li jmur lil hinn mix-xogħol. Esperjenza li fakkret lil ħafna li relazzjonijiet fit-tul fin-negozju ma jinbnewx biss fuq il-ħidma iżda fuq il-fiduċja u l-konnessjoni umana. Meta n-nies ikollhom il-ħin biex jisimgħu lil xulxin u jiddevertu flimkien proprju minn hemm jistgħu jitwieldu iktar ideat u proġetti ġodda.
Is-SOFTSWISS irringrazzjat lil dawk kollha li attendew f’Malta u fil-Brażil għall-parteċipazzjoni tagħhom f’dawn il-wirjiet li għalqu sena oħra ta’ ħidma u kollaborazzjoni. Bħalissa f’Malta, il-film tant maħbub Zootopia 2 qed jintwera fiċ-ċinema.
Facebook/ SOFTSWISS