Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola ssemmiet fil-lista ta’ ‘Nisa tas-Sena’ li ħareġ ftit sigħat ilu s-sit Taljan Corriere della Sera.
Fost oħrajn huma faħħru l-ħiliet diplomatiċi kif ukoll l-empatija li kapaċi turi l-President tal-Parlament Ewropew Maltija.

Il-lista ta’ ‘Nisa tas-Sena’ rrikonoxxiet il-ħidma ta’ 74 nisa differenti li lkoll ħallew impatt sinifikanti fil-qasam tagħhom.
Fil-fatt, apparti l-President tal-Parlament Ewropew Maltija, s-sit semma wkoll kantanti bħal fosthom Dua Lipa u Taylor Swift kif ukoll attivisti bħal Greta Thunberg.
Corriere della Sera u Facebook / Roberta Metsola