Illum Qed Jiċċelebra 78 Sena L-Awtur U Poeta Albert Marshall

L-awtur u poeta Albert Marshall illum qed jiċċelebra l-età sabiħa ta’ 78 sena.

Albert huwa magħruf sew għall-ħidma tiegħu matul is-snin b’risq l-ilsien Malti tant li anke meta kien emigra lejn l-Awstralja beda jaħdem sabiex jippromwovi l-lingwa nattiva tiegħu hemmhekk.



Bil-pinna tiegħu Albert ta l-ħajja lil numru kbir ta’ kotba u poeżiji, b’wieħed mill-iżjed li kien kiseb suċċess u li jibqa’ magħruf għalih kien proprju ‘Dħaħen fl-Imħuh’.



Dan il-ktieb kien fih ġabra ta’ poeżiji, wħud miktuba minn Albert innifsu u oħrajn miktuba mill-mibki Oliver Friggieri kif ukoll Ġorġ Borġ. Għal Albert, dan kien l-ewwel ktieb li ippublika.

F’jum għeluq sninu awguratlu l-isbaħ xewqat martu l-attriċi veterana Jane Marshall li llum il-ġurnata hija wiċċ magħruf sew fit-televixin Malti.



Nawgurawlu l-isbaħ xewqat!

Ritratti:

Facebook / Jane Marshall u Facebook / Albert Marshall

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI