Ilbieraħ bosta kienu dawk li mat-tokki ta’ nofsinhar qabżu fil-baħar kiesaħ tax-Xlendi bħala turija ta’ solidarjetà ma’ dawk li bħalissa qed jiġġieldu xi vizzju.
Fost dawk li daħlu għal din l-isfida kien hemm Josline ta’ Big Brother li tiddeskrivi l-esperjenza bħala waħda “eċċezzjonali”.
L-inizjattiva tnediet mill-fondazzjoni OASI li apparti din l-għawma fil-baħar kiesaħ stiednet ukoll lill-pubbliku sabiex jattendi għal mixja fl-irdumijiet tal-Munxar kif ukoll għal dawra bil-kayak fil-baħar.
L-għan aħħari kien li jinġabru l-fondi sabiex din il-fondazzjoni tkun tista’ tkompli tgħin iżjed persuni jiġġieldu l-vizzji.
Prosit tal-inizjattiva!
Facebook / Josline Camilleri