Sena wara sena Bjorn Formosa jaħdem bla waqfien għal DAR Bjorn u għar-residenti li tant jemmnu fid-dar. Minkejja d-diffikultajiet u t-tbatijiet li jaffaċċja hu stess, Bjorn ma jaqta’ qalbu qatt.
“Is-sena l-ġdida ġġib magħha sfidi ġodda, imma naf li sakemm inkunu flimkien, nistgħu negħlbu kollox. Awguri għal sena mimlija mħabba u paċi.”
L-għajnuna tal-pubbliku tibqa’ importanti, u d-dettalji għal donazzjonijiet huma:
BOV Mobile Pay – 7909 6249
Revolut – 7920 9420