Bil-Filmat: “Pass Wara Pass” – Gillian Attard Tibda T-Triq Tal-Irkupru Wara L-Operazzjoni

Gillian Attard

Ftit jiem ilu l-kantanta lokali Gillian Attard ħabbret li ser ikollha operazzjoni fl-irkoppa. Ġiet operata u bħalissa għaddejja bl-irkupru.

Qasmet filmat tagħha timxi bil-krozzi, waqt parti mit-terapija biex tibda tirkupra. Mhux triq faċli iżda bil-mod il-mod kollox jasal.

“Sena ġdida, irkoppa ġdida. Pass wara pass. Grazzi ħafna lilkom ilkoll għall-messaġġi, it-telefonati u l-imħabba li rċevejt,” kitbet Gillian.

Gillian tesprimi gratitudni lejn l-imħabba ta’ ħajjitha, li jkun hemm għaliha tkun xi tkun iċ-ċirkostanza. Tirringrazzja wkoll lit-tim mediku tal-ħidma professjonali u prezzjuża.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI