KWIR, l-ewwel serje LGBTIQ+ f’Malta, bdiet tixxandar propju bħal-lum sena ilu, 6 ta’ Jannar 2025. Brandon Terribile, il-moħħ wara din il-produzzjoni innovattiva, ħoloq narrattiva vibranti, li tqawwi l-qalb, u li se ħalliet lill-udjenzi ħerqana minn episodju għal ieħor.
L-istorja tinvolvi fost l-oħrajn futboler li jesplora konnessjoni romantika ma’ ġuvni ieħor. Din l-istorja tegħleb sterjotip antik li l-futbol huwa esklussivament għall-irġiel eterosesswali.
KWIR jikkonsisti f’kast divers u awtentiku. Atturi trans li jiċċelebraw is-sbuħija tal-individwalità. Ikoni Maltin rinomati bħal Frida Cauchi u Mary Rose Mallia kkumplimentaw il-kast, u kellhom sehem importanti fl-istorja.
Artisti tad-drag reali bħal Sheyonce, Olivia Lilith u Trihanna Wilde saħħew dan is-serje bil-kariżma, u awtentiċità tagħhom, u taw prova li l-kultura tad-drag hi ħajja u b’saħħitha f’Malta.
It-tim ta’ KWIR jikteb, “Bħal-lum sena ilu, ktibna l-istorja. Eżatt sena ilu, it-televiżjoni Malti xandar l-ewwel episodju tal-ewwel serje LGBTIQ+, KIR. Grazzi lil ONE.”
Jidher li f’Jum San Valentinu, it-tim ta’ KWIR għandu sorpriża lesta għat-telespettaturi!