“Illum Missieri Peter Agius Jagħlaq Sentejn Li Ħalliena.” – Il-Membru Parlamentari Ewropew Peter Agius

Il-Membru Parlamentari Peter Agius fakkar sentejn mill-mewt tal-għażiż missieru fuq il-mezzi soċjali. Hu jikteb, “Illum Missieri Peter Agius jagħlaq sentejn li ħalliena. Ma tgħaddix ġurnata li ma naħsibx fih, fl-avventuri, iċ-ċajt, il-valuri u l-eżempji li tana iżda wkoll it-tbatija li sfortunatament bata fl-aħħar snin.”

Hu jkompli jgħid, “Kull waħda mill-esperjenzi għażiża u ta’ gwida għalina li għadna hawn.” Peter jispjega li r-ritratt li qasam hu ritratt ta’ meta l-għażiż missieru żaru ġo Brussell, hu ippożaw għar-ritratt tliet ġenerazzjoni, missieru, ibnu Achille u hu.

F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja għażiża ta’ missieru Peter. Ninsabu ċerti li jinsab iħares lill-familja tiegħu minn fejn jinsab.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI