“Illum Hi L-Ewwel Ġurnata Tiegħi Tal-Iskola Għal Din Is-Sena Skolastika U Se Nibdieha Bi Tbissima.” – Kate: Writing My Story

Kate Ferriggi

Fuq il-paġna uffiċjali Kate: Writing My Story spiss insegwu xi aġġornament mill-ħajja ta’ Kate. Ilbieraħ Kate qasmet aħbar diffiċli li rċeviet wara appuntament ortopediku.

Dan hekk kif l-operazzjoni li kienet saret fuq in-naħa tal-lemin ma rnexxietx kif kien mistenni. Minkejja kollox hi ser tkompli tiġġieled, u tant hu hekk li llum irritornat l-iskola, xi ħaġa li tfisser ħafna għaliha.

“Illum hi l-ewwel ġurnata tiegħi tal-iskola għal din is-sena skolastika u se nibdieha bi tbissima, anke jekk qalbi nħossha xi ftit tqila. Ninsab ħerqana li nara lil sħabi u nħaddan bidu ġdid. Il-ġurnata t-tajba lil kulħadd.”

Kuraġġ u ibqa’ determinata għażiża Kate! Aħna lkoll warajk!







Ritratti:

Facebook/ Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI