Biex jagħmel ċert li t-tfal ma jħossux ksieħ u ma jixxarbux bix-xita sakemm jinżlu mill-vann u jidħlu l-iskola, xufier ħa ħsieb li jwassalhom hu wieħed wieħed.
Kienet persuna fuq il-midja soċjali li tkellmet dwar l-inizjattiva li ħa dan ix-xufier kmieni filgħodu meta x-xita kienet nieżla qliel u l-arja kienet pjuttost kiesħa.
B’reazzjoni għal dan eluf kienu dawk il-Maltin li faħħru l-ġest ta’ dan ix-xufier u saħqu li għandu jkun hawn iżjed xufiera li bħalu jagħmlu xogħolhom mill-qalb u jieħdu inizjattivi bħal dawn.
Facebook / Are You Being Served u Pexels