“Il-Pulizija Wettqet Spezzjonijiet Fl-Inħawi F’Ta’ Qali B’Rabta Ma’ Rapporti Ta’ Sewqan Perikoluż U Tlielaq Illegali.” – The Malta Police Force

Pulizija

The Malta Police Force ħabbret, “Ilbieraħ filgħaxija, il-Pulizija wettqet spezzjonijiet fl-inħawi ta’ Ta’ Qali b’rabta ma’ rapporti ta’ sewqan perikoluż u tlielaq illegali.”

Twaqqfu żewġ vetturi li kienu qed jinstaqu b’veloċità eċċessiva, u li bdew itellqu. Twaqqfu tliet vetturi oħra fi Triq id-Durumblat il-Mosta, li kienu qed jinstaqu b’veloċità eċċessiva.

Is-sewwieqa kollha ġew identifikati u infurmati li se jitressqu l-akkużi kontrihom.

“Il-Pulizija tfakkar li s-sewqan perikoluż u t-tlielaq fit-toroq jipperikolaw il-ħajja u se tibqa’ tieħu azzjoni kontra min ipoġġi lil ħaddieħor f’riskju.”

Nirringrazzjawhom tal-ħidma!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI