Henrika Galea, apparti li saret popolari fil-parteċipazzjoni tagħha fit-tieni staġun ta’ Love Island Malta, rebħet it-titlu ta’ Miss Malta. Titlu prestiġjuż li ċertament kien ta’ unur kbir.
“Sena ilu llum, esperjenzajt lejl li se jibqa’ mnaqqax f’qalbi għal dejjem. Mument tassew memorabbli u indimentikabbli li biddilli ħajti – il-lejl li ġejt inkurunata Miss Malta 2025.”
Henrika tkompli, “Wieqfa fuq dak il-palk, imdawra b’tant imħabba, appoġġ, u emozzjoni, ħassejt taħlita ta’ gratitudni, kburija, u sorpriża. Kien aktar minn titlu.”
Apparti minn hekk Henrika tesprimi kemm ser tibqa’ tfisser għaliha dik is-serata, u ġarret magħha aktar esperjenzi sbieħ.
Nawgurawlek aktar suċċessi, Henrika!