Fuq il-paġna tal-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati, kitbu appell biex tinstab familja għal kelb jismu Benny. Dan iċ-ċkejken sab ruħu fis-santwarju tal-AAA wara li sidu mar jiltaqa’ mal-Missier.
Kitbu, “Tifel sabiħ li tilef il-ġenitur bniedem anzjan tiegħu, għaliex sfortunatament mar għall-ħajja ta’ dejjem. Issa qiegħed fis-santwarju tal-AAA u nittamaw li nsibulu dar tajba daqt.”
Kitbu li huwa raġel ta’ madwar għaxar snin, huwa b’saħħtu ħafna, u jmur tajjeb ma’ klieb oħrajn u bnedmin. Għandu bżonn biss li jiġi eżaminat minn vet.
Żiedu jgħidu, “Ejjew inxerrdu l-kelma għall-għażiż Benny.”
Ibgħatu dan l-artiklu lil xi ħadd li jixtieq ikabbar il-familja tiegħu permezz ta’ annimal li se jġib miegħu biss ferħ u mħabba!
Facebook / Association for Abandoned Animals