“Qed Nimmisjak Ferm, Għażiża Tessa Tiegħi … Illum Xahrejn Mingħajrek” – Together For Tessa

Bħal-lum xahrejn ħalliet din id-dinja ċ-ċkejkna Tessa. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha Together For Tessa, l-ġenituri tagħha sellmu l-memorja tagħha f’dan il-jum.

“Qed nimmisjak ferm, għażiża Tessa tiegħi. Id-dar tinħass vojta mingħajtek. M’hemmx aktar magni, alarms, ħsejjes – silenzju biss. Illum xahrejn mingħajrek. Hawn qed tkanta d-diska favorita tiegħek. Il-vuċi tant sabiħa tiegħek ser tibqa’ dejjem f’qalbi. Nixtieq li nista’ nħaddnek miegħi, nbusek, u nxommok għall-aħħar darba. Għaldejjem iċ-ċkejkna tant sabiħa tiegħi.”

Kuraġġ għeżież f’dan il-jum tant diffiċli. Tistrieħ fis-sliem.







Ritratti:

Facebook/Together for Tessa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI