Missier Ta’ Tlett Itfal Jappella Għall-Għajnuna Biex Jerġa’ Jibda Jimxi

F’Settembru tas-sena 2023, ta’ 37 sena, il-ħajja ta’ Roderick Zerafa nbidlet ta’ taħt fuq wara waqgħa traġika li ħallietu pparalizzat minn sidru ‘l isfel. Hu jgħid li minkejja x-xogħol tajjeb li kellu, l-iktar xogħol importanti għalih hu li jkun il-missier ta’ tlett itfal.

Hu spjega li minkejja li l-istaff tal-Isptar għamlu dak li setgħu, hu jixtieq jesplora opportunitajiet oħrajn li se jgħinuh itejjeb is-sitwazzjoni tiegħu, u mhux biss jadatta għall-ħajja l-ġdida li għandu, dan speċjalment minħabba li jrid jieħu ħsieb lit-tfal.

Hu għamel riċerka u sab trattamenti avvanzati fit-Tajlandja, iżda biex ħa dan il-pass, kien jirrikjedi somma kbira ta’ flus. Minkejja dan, hu sab mezz kif jipprovi mitt elf ewro f’Marzu tas-sena 2024 u mar it-Tajlandja għal dan it-trattament. Ir-riżultati għamlu differenza kbira ħafna f’ħajtu hekk kif reġa beda jħoss is-saħħa f’diversi muskoli ta’ ġismu ġejja lura.

Tistgħu tagħtu d-donazzjoni tagħkom hawnhekk.

https://whydonate.com/fundraising/help-me-walk-and-be-a-father-again?fbclid=IwY2xjawPaDPxleHRuA2FlbQIxMABicmlkETFWQ0hReHRTeFNuankzT0lLc3J0YwZhcHBfaWQQMjIyMDM5MTc4ODIwMDg5MgABHobLtqsWKm1FFqPj5Xrvr0wLqKxpDNuse4ODBNyvsu8B0D3VvkFaa-XGtdoO_aem_dkmB1ORtX12b2EUcmtp4mQ

Żied jgħid li hu determinat biex ikompli dan il-vjaġġ, u sab klinika fil-Ġermanja li tispeċjalizza fit-trattamenti li jeħtieġ hu. Dan it-trattament jiswa madwar €47,000 u għalhekk qed jappella għall-qlub twajba tal-Maltin biex jiġbor din is-somma. Hu qal li minkejja li dan il-vjaġġ ħadlu r-riżorsi finanzjarji kollha, ma ħadlux it-tama li jikseb iktar indipendenza.







Ritratti:

whydonate / Roderick Zerafa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI