Illum tiċċelebra għeluq sninha Veronica Farrugia li nafuha kemm bħala attriċi u kif ukoll bħala preżentattriċi. Bħalissa hi tippreżenta l-programm Kalamita.
Sentejn ilu rajna lil Veronica fir-raba’ u l-ħames staġun tas-sensiela popolari Iċ-Ċaqqufa fuq Tokis. Lil Veronica żgur tiftakruha f’sensiliet maħbuba bħal F’Salib it-Toroq u Tereża.
Veronica magħrufa wkoll għal diversi partijiet li għamlet flimkien ma’ żewġha Joe Farrugia d-Dulli, u dejjem jirnexxielhom inisslu tbissima fuq wiċċ dak li jkun u joħolqu atmosfera ta’ ferħ u briju. Kif nistgħu ninsew
Nittamaw li jkollha jum mill-isbaħ u sena mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbha! Awguri Veronica.
Facebook/ Veronica Farrugia