Aġġornament: Jidher li s-sitwazzjoni kienet solvuta u t-triq hi miftuħa.
Matul dawn il-jumejn smajna dwar hsarat li saru minhabba l-maltemp li ghaddej, fosthom sigar imwaqqghin. Ilbierah grat gewwa San Gwann, u llum jidher li waqghet sigra fil-Mellieha.
Utent ta’ Facebook xerred ritratt fuq il-grupp Malta Road Traffic Updates li juri triq li nghalqet minhabba sigra mwaqqa’ kawza tar-rih.
“It-triq prinċipali tal-Mellieħa hi mblukkata minn siġra mwaqqa’. Uża l-bypass,” – jikteb l-utent. Aktar aggornamenti mistennijin fil-hin li gej.
