L-OHSA Tkompli Bis-Sorveljanza F’kundizzjonijiet Ta’ Maltemp Estrem

L-uffiċjali tal-Occupational Health and Safety Authority (OHSA) qed ikomplu bil-ħidma tagħhom ta’ sorveljanza fuq diversi postijiet tax-xogħol madwar il-pajjiż, hekk kif il-kundizzjonijiet tat-temp jibqgħu diffiċli minħabba maltemp estrem.

Din is-sorveljanza qed issir bil-għan li tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema f’diversi setturi, b’mod partikolari dawk li huma aktar esposti għar-riskji marbuta mat-temp ħażin, bħal xogħolijiet fil-beraħ u fuq siti ta’ kostruzzjoni.

Fl-istess waqt, l-OHSA qed tilqa’ rapporti mingħand il-pubbliku permezz tal-helpline 138, li tinsab attiva biex tintuża f’każijiet fejn jiġu osservati perikli jew nuqqasijiet f’miżuri ta’ sigurtà fuq postijiet tax-xogħol.

L-Awtorità mill-ġdid tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex ma joqgħodx lura milli jirrapporta kwalunkwe sitwazzjoni potenzjalment perikoluża, u tfakkar li r-rapporti jistgħu jsiru faċilment billi wieħed iċempel il-helpline 138, sabiex jiġu evitati inċidenti u jiġu mħarsa l-ħaddiema f’dawn iċ-ċirkostanzi diffiċli.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI