Il-preżentatriċi Maria La Barokka Muscat kitbet messaġġ ta’ ammirazzjoni u awgurju għal Rose, anzjana li llum għalqet 83 sena. Eżatt ġiet, għax Rose ser tkun waħda mill-mistednin waqt il-programm Kuxjenza li jmiss.
Maria tikteb, “Happy Birthday lil Rose Ascione li llum għalqet 83 sena u se tarawha f’Kuxjenza s-Sibt li ġej. Ħelwa wisq. Awguri minn qalbi, Rose! Rose Iżżur l-anzjani li jkunu weħidhom, tħit, timmudella u anki tiżfen!”
Waqt il-programm Kuxjenza, Rose ser titkellem dwar kif tqatta’ l-ħin tagħha, u kemm ma taqtax qalbha malajr biex toħroġ, u fejn tista’ anke tmur tagħmel żjarat ġod-djar tal-anzjani.
Awguri mill-qalb, Rose! Ibqa’ kun ta’ ispirazzjoni għal ħafna!
Facebook/ Maria La Barokka Muscat