“Għażiż Missieri, Grazzi Ta’ Dak Kollu Li Tagħmel Magħna.” – Il-Membru Parlamentari Toni Bezzina

Ilbieraħ, il-Membru Parlamentari Toni Bezzina qasam messaġġ emozzjonanti fuq il-midja soċjali biex jawgura lil missieru f’għeluq sninu.

Fil-messaġġ tiegħu, Bezzina esprima l-apprezzament u l-imħabba tiegħu b’dawn il-kliem, “Għażiż missieri, grazzi ta’ dak kollu li tagħmel magħna. Nawguralek dak kollu li tixtieq qalbek f’għeluq żmienek. Inħobbuk missier.”

Il-messaġġ intlaqa’ minn bosta reazzjonijiet pożittivi, b’segwaċi jingħaqdu fl-awguri u jfakkru l-importanza tal-familja u r-rabta qawwija bejn il-ġenituri u wliedhom.

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu sena mimlija saħħa, hena u kuntentizza.







Ritratti:

Facebook / Toni Bezzina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI