Justine Bezzina, hi kantanta lokali oħra li llum qed tiċċelebra jum speċjali – hekk kif huwa jum twelidha. F’dan il-jum hi tesprimi kemm hi grata lejn għeluq sena oħra ta’ ħajja, u taqsam post għall-okkażjoni.
Lil Justine rajnieha kemm-il darba tipparteċipa ġo festivals lokali fosthom il-Malta Song For Europe 2005 u 2009, fil-KKI 2005, kif ukoll aktar riċenti fil-KKI 2024.
Justine bħal-bieraħ tiċċelebra lill-għażiż missierha, u jum wara jiċċelebraw lilha. Hi tikteb, “Illum niċċelebra sena oħra. Sempliċiment Grata.”
It-tim ta’ Gwida.mt jgħid Awguri kbira lil Justine. Nixtiqulha ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Justine Bezzina