Ir-Rebbieħa Ta’ Sanremo Annalisa Minetti Ser Tkun Malta Fi Frar Li Ġej

Annalisa Minetti

Fi Frar li ġej se jkollna kantanta Taljana f’Malta, ir-rebbieħa ta’ Sanremo, Annalisa Minetti.

Annalisa Minetti hija personalità Taljana imżejna b’ħafna talenti, li tinsab magħrufa bħala kantanta, atleta paralimpika, u mudella.

Lura fl-1998 kisbet suċċess kbir meta rebħet il-Festival ta’ Sanremo b’kanzunettaha Senza te o con te, u b’hekk saret l-unika artista li rebħet kemm fil-kategorija Giovani kif ukoll fil-kategorija prinċipali fl-istess edizzjoni tal-festival.

Matul ħajjitha affaċċjat diversi sfidi. Illum il-ġurnata hi nieqsa mid-dawl, iżda madankollu l-mużika indubjament għadha tibrilla fiha.

Annalisa ser tkun qed tkanta waqt il-ġimgħa ddedikata għall-ġustizzja soċjali mill-Membru Parlamentari Ivan Bartolo.







Ritratti:

Facebook/ Annalisa Minetti

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI